Id-djufija ta’ Simon Busuttil toħroġ ċara mill-ewwel mumenti tal-kampanja elettorali.
Kieku mhux għal din id-djufija, ma kinux se jiddejqu jiktbu li hija għażla bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil. Wara kollox, għamlu kampanji fil-passast ibbażati fuq il-mexxej fi-tmun tal-Partit, bħal ngħidu aħna żmien GonziPN.
Dak iż-żmien, Simon kien reponsabbli minn ħafna deċiżjonijiet li ttieħdu u li wasslu għal telfa storika għall-PN. Issa, b’Simon bħala kap, il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista fil-bidu ta’ din il-kampanja huwa ċar; bih mhux se jfendu. Forsi wkoll għax mhux l-unika kap tal-Partit Nazzjonalista, u tidher kerha jekk jiktbu li l-għażla hi bejn Joseph Muscat, u Marlene u Simon. Aktar kmieni llum fi Spinola, Busuttil qal li li fl-elezzjoni ma jridx li l-għażla tkun bejnu u bejn Joseph Muscat.
Muscat, minn naħa l-oħra, kien ċar fi kliemu. B’responsabiltà lest ikompli jmexxi pajjiż li llum għandu Gvern li wettaq aktar minn 85% tal-manifest elettorali tiegħu, bl-ikbar tkabbir ekonomiku fl-istorja, iktar xogħol, inqas qgħad, surplus minflok defiċit, tnaqqis fil-faqar, iktar drittijiet ċivili u ferm iżjed.