Waqt attività politika fl-Imqabba, il-Partit Nazzjonalista qal li għandu track record dwar żmienu fit-tmexxija tal-pajjiż.
Fil-fatt, qal dan proprju l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif kien qed jindirizza attività politika fl-Imqabba.
Qal, “Mhemmx għalfejn timmaġinaw, għax aħna għandna track record.”
Fl-Imqabba tkellmu oħrajn u David Agius infexx ifaħħar lil Louis Galea u lil Ninu Zammit.
Qal, “Magħna llum għandna wkoll lill-Ministru… l-eks Ministru Louis Galea. Insellem ukoll lil Ninu Zammit.”
Fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Nazzjonalista reġa’ żied fid-doża ta’ figuri prominenti li għadhom jimmilitaw fih ta’ żmien Lawrence Gonzi u qabel.
Louis Galea hu eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista tat-tmeninijiet u fl-aħħar snin kien ukoll parteċipi fil-komplott kontra l-Kap Adrian Delia biex dan jitqaċċat minn postu, tant li dak iż-żmien ukoll saru laqgħat sigrieti fid-dar tiegħu fis-Siġġiewi.