Sa fl-aħħar sigħat Malta baqgħet l-għażla ta’ kumpaniji ta’ reputazzjoni internazzjonali li għażlu li jiġu pajjiżna biex joperaw u jkabbru n-negozju tagħhom. Dan jgħamluh għax f’Malta jafu li għandhom sieħeb ta’ kelma, serju u rispettat.
Iżda, dan ma jinżilx tajjeb mal-Partit Nazzjonalista li qed ikompli jgħamel li jista’ biex jipprova jħassar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
L-istqarrija ta’ Simon Busuttil u Mario De Marco llum hi biss eżempju minn ħafna.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.