Il-Partit Nazzjonalista kompla jattakka l-istudju li sar dwar il-Metro f’pajjiżna.
Permezz tal-kelliem tiegħu għat-Trasport, Toni Bezzina, il-Partit Nazzjonalista għażel li jiftaħ attakk kontra l-istudju tal-kumpanija rinomata fil-qasam.
Dan minflok jieħu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali li beda l-Gvern dwar trasport tal-massa f’pajjiżna.
Bezzina stqarr: “Naħseb kien ikun ir-rapport aktar serju.”
Filwaqt li periti u disinjaturi internazzjonali Maltin laqgħu l-aħbar li l-kumpanija awtorevoli Arup għamlet l-istudji dwar il-metro f’pajjiżna, għall-Partit Nazzjonalista l-istudju mhux magħmul sew.
Dan wara li l-Partit Nazzjonalista kien talab lill-Gvern ripetutament biex jippublika l-istudji wara li dawn kienu diġà ġew ippubblikati.