Il-Partit Nazzjonalista jaqbel ma’ Roberta Metsola li l-Unjoni Ewropea għandha tonfoq iżjed fuq l-armamenti. Id-dikjarazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, permezz tad-Deputati Mark Anthony Sammut u Bernice Bonello, kienet ċara.
Id-Deputata Nazzjonalista Bernice Bonello affermat il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Qalet, “Inkompli ma’ dak li qal l-Onorevoli.”
Fl-aħħar sigħat, is-sit awtorevoli Politico kkwota lil Metsola tgħid li l-Ewropa għandha ssaħħaħ l-armamenti tagħha u tkun lesta għal li jinqala’.
Metsola sostniet li l-Parlament Ewropew għandu jkompli jimbotta x-xiri konġunt u biex ikun hemm żvilupp ta’ armi li jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Metsola qalet li l-forza Ewropea trid tikkumplimenta l-qawwiet tan-NATO.
Il-Politico nnota kif dan ingħad wara li ħabib tal-istess Metsola u ta’ Simon Busuttil, Manfred Weber, kien appella biex l-Ewropa tħejji bl-armi nukleari kontra r-Russja.
Weber hu l-Kap tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew, l-EPP, li fih hemm imsieħeb il-Partit Nazzjonalista.