Il-Partit Nazzjonalista ta 24 siegħa ċans lis-Sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan u eks Kandidat Nazzjonalista, Albert Buttigieg, sabiex jissostanzja u jipprova dak li kiteb fit-Times quddiem il-kunmissjoni tal-etika, id-dixxiplina, u l-midja soċjali tal-Partit.
Fi-Times Buttigieg akkuża lill-partit tiegħu stess li biegħu għal tletin biċċa tal-fidda.
Huwa qal li sar jaf li, qabel l-elezzjoni li għaddiet, xi ħadd għoli ħafna fil-Partit Nazzjonalista ltaqa’ ma’ kuntrattur kbir b’interessi kummerċjali u fil-kostruzzjoni f’San Ġiljan u tah il-kelma li kien se jagħlaq ħalq Buttigieg, li min-naħa tiegħu kien qed jitkellem kontra ċerti proġetti fil-lokalità tiegħu.
Is-Sindku Nazzjonalista lmenta li, fil-kampanja elettorali li għaddiet, li fiha kien kandidat fuq id-disa’ u l-għaxar distretti elettorali, il-Partit tah il-ġenb għal kollox.
Bħal Buttigieg, l-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi wkoll kien ingħata erbgħa u għoxrin siegħa ċans biex jipprova allegazzjonijiet li kien għamel fuq Bernard Grech.