Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka l-partit tiegħu stess fuq il-midja soċjali.
“Min suppost jaf l-affarijiet tħoss li qed tagħżaq fl-ilma” qal Azzopardi f’messaġġ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, fejn żied jitfa’ l-botta ta’ pass ‘il quddiem u sitta lura.
Żied jgħid li hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet radikali “anke jekk ser iweġġgħu” biex tissolva l-kwsitjoni li bħalissa jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.