Il-Partit Nazzjonalista jipprietka daqslikieku xi paladin tas-saltna tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni, iżda mbagħad fl-ewwel okkażjoni li jkollu jwaqqa’ l-maskra biex jinkixfu d-double standards u l-ipokrezija tiegħu.
Dan kien il-messaġġ li ntqal f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista, indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Ian Borg u d-Deputata Amanda Spiteri Grech.
Dwar l-etika tad-deputati Parlamentari, id-Deputat Prim Ministru nnota li l-Oppożizzjoni trid li ħaddieħor jiġi investigat, filwaqt li meta jkollu każ fi ħdan il-partit tiegħu stess, il-Kap Nazzjonalista jaħbi l-fatti, jiddefendihom u jfarfar mir-responsabbiltà politika.
“F’pajjiżna wkoll għandna oppożizzjoni li tħobb titkellem dwar is-saltna u dwar il-libertà tal-espressjoni, però tgħid mod u bil-fatti tagħmel mod ieħor jew aħjar tippretendi li jkun hemm riga mod fuq il-Gvern u l-esponenti tal-Gvern, iżda mbagħad riga kejl differenti għan-naħa tagħha.”
Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
Id-Deputat Prim Ministru Borg semma l-eżempji bħal dak li deputati Nazzjonalisti li jaħdmu mal-Gvern ma jmorrux għax-xogħol u Bernard Grech jiddefendihom.
Sostna kif il-Partit Nazzjonalista hu verament każ li tagħhom tajjeb u ta’ ħaddieħor ħażin. Bl-akbar skandlu mill-partit ta’ Bernard Grech hu dak li tal-finanzi u d-donazzjonijiet tiegħu li ilu jaħbi għal dawn l-aħħar tliet snin.
Id-Deputata Laburista Spiteri Grech ikkundannat l-attakki li seħħew fuq iż-żewġ ġurnalisti ta’ ONE News, Francesco Borg u Nolan Camilleri, u kif, sal-lum, il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma ħariġx kundanna dwar dan, anke jekk inħarġet kundanna ċara mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
Spiteri Grech semmiet kif il-Partit Laburista ra kif jipproteġi lill-ġurnalisti meta neħħa l-libell kriminali u l-ewwel pajjiż Ewropew li daħħal fis-seħħ id-Direttiva Anti-Slapp.
“Lill-Partit Nazzjonalista tajjeb li ngħidu li jrid ixekkel lil pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista ma tistax tafdah għax qed jikxef fil-verità l-għeruq tiegħu x’inhuma. Il-Kap tal-Oppożizzjoni lest li jagħmel minn kollox biex jieħu l-poter.”
Amanda Spiteri Grech – Deputata Laburista
Semmiet ukoll l-aġir tal-Partit Nazzjonalista, li jgħid li jemmen f’Malta żagħżugħa, iżda mbagħad fetaħ kwerela kontra l-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ Glenn Micallef.