Il-Viċi kap Nazzjonalista Robert Arrigo jrid lockdown illum.
F’konferenza tal-aħbarijiet Arrigo qal li l-lock down li jrid il-Partit Nazzjonalista jista’ jdum sitt xhur.
Arrigo stqarr: “Illum, għax għada tista’ tinbidel għax iċ-ċirkostanzi jistgħu jinbidlu huwa bejn 3 xhur u 6 xhur.”
Diversi professjonisti, fosthom dawk fis-settur tas-saħħa bħal Professur Victor Grech, esprimew il-fehma li lockdown prematur iwassal għal riperkussjonijiet serji.
Qal li lockdown imsejjaħ kmieni ma jkunx effettiv hekk kif il-każijiet huma mistennija li jitilgħu xorta waħda f’daqqa meta l-lockdown jiġi rtirat.
Intant it-Tlieta filgħaxija d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fil-Parlament qal li l-Malta Enterprise m’għamlitx numru tat-telefon biex in-negozjanti jkunu jistgħu jċemplu fuqu.
Vassallo sostna: “Il-Malta Enterprise tant esperti, lanqas hotline ma għamlu biex min għandu l-problemi fin-negozju jċempel.”
Madankollu t-tweġiba tal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri xejnet għal kollox dak li kien għadu kif qal Edwin Vassallo
Il-Ministru Silvio Schembri sostna: “Għax qed jgħid li helpline m’hemmx – il-helpline qiegħed 114, jista jċempel meta jrid.”