F’diskors il-Ħadd filgħodu, l-Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Casa qal li se jkompli jaħdem fil-Parlament Ewropew biex lil pajjiżna jieħdu lura kif kien taħt Gvern Nazzjonalista.
Dan għaliex skontu huwa qed jagħmel ħiltu biex jerġa’ jagħti l-istampa li pajjiżna kellu qabel.
Qal, “Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex lil Malta nerġgħu ntuha l-istampa li kellha qabel.”
F’attivita politika fil-każin Nazzjonalista tal-Mosta, il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ David Casa kompla jgħid li pajjiżna huwa marid u għandu bżonn ifiq.
Qal, “Irrid li Malta tkun pajjiż li kapaċi tfiq.”
David Casa rripeta dak li qal waqt il-kampanja elettorali fiż-Żurrieq, hekk kif hawnhekk tenna li Malta hija marida.
Qal, “Marda li għandu pajjiżna mhux ser tkun faċli ħbieb tiegħi illi noħorġu minnha din il-marda jekk jibqa’ l-Gvern tal-Partit Laburista fil-Gvern.”
Waqt l-attivita fil-Mosta, kompla ma’ dak li qal David Casa, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Qal, “Jekk ma nagħmlux hekk, dan il-pajjiż ma jfiqx.”
Dak li qal Bernard Grech, il-Ħadd, kompla ma’ dak li kien qal f’Birkara waqt il-kampanja elettorali, meta qal li l-Papa iktar għandu bżonn jiġi Malta jekk il-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni, għaliex skontu, it-tabib irid imur fejn hemm bżonn fejqan.
Fil-Mosta, il-Kap Nazzjonalista sellem lil ħu l-President tal-għaqda Repubblika, Karol Aquilina.
Qal, “Karol huwa wieħed mill-kolloni importanti ta’ dan il-partit.”
Dan apparti li beda jgħajjat u jgħid li l-Partit Nazzjonalista biss huwa tajjeb għal Malta.
Qal, “Għaliex aħna partit ta’ dan in-nazzjon, għaliex aħna l-Partit Nazzjonalista.”