Fi stqarrija mill-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista, li wara li lanqas biss kienu kapaċi jwasslu l-ewwel interconnector, u għamlu minn kollox biex pajjiżna jibqa dipendenti fuq il-heavy fuel oil, illum irid jieħu mertu tat-tieni interconnector u tal-proġetti innovattivi li Partit Laburista fil-Gvern, b’ħila u konvinzjoni, qed imexxi ‘l quddiem.
Il-Partit Laburista rreaġixxa għal stqarrija tal-Partit Nazzjonalista, iffirmata minn Ryan Callus, fejn intqal li dan il-proġett hu mertu tal-Partit Nazzjonalista.
Dan wara li f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Enerġija, Miriam Dalli tħabbar li l-Italja approvat il-permess għall-iżvilupp tat-tieni interconnector ma’ Malta.
AQRA AKTAR: