Il-Partit Nazzjonalista kien se jċaħħad madwar 130,000 ruħ milli jivvutaw fi 23 lokalità madwar Malta u Għawdex.
Dan kien aċċennat fuq l-aħħar billboard tal-Partit Laburista li juri li l-manuvra xejn demokratika tal-Partit Nazzjonalista li ma joħroġx kandidati biżżejjed f’dawn il-lokalitajiet kienet se twassal biex ma jsirux l-elezzjonijiet f’dawn il-kunsilli. Fil-fatt kien biss bis-saħħa tal-kandidatura b’saħħitha tal-Partit Laburista li se jsiru dawn l-elezzjonijiet.
Fid-dawl ta’ dan, il-Partit Laburista ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex fil-25 ta’ Mejju li ġej jagħti risposta lill-Partit Nazzjonalista u joħroġ jivvota.