Il-Partit Nazzjonalista ressaq liġi fil-Parlament dwar iċ-ċineg tal-klieb. Liġi li permezz tagħha qed jitlob li “ebda persuna m’għandha torbot, taqfel, torbot b’katina, jew tirrestrinġi kelb, jew tikkawża li kelb jintrabat maqful bħala mezz primarju ta’ żamma.
Għalkemm jingħad li dan m’għandux jinftiehem li jipprojbixxi persuna milli jmexxi kelb permezz ta’ ċinga li tinżamm fl-idejn.
Intqal ukoll li l-projbizzjoni fuq l-irbit u t-trażżin tal-klieb m’għandiex tapplika waqt proċeduri veterinarji. Il-liġi tipprojbixxi wkoll l-użu ta’ ċinga tal-metall minflok kullar, u l-użu ta’ kullari elettroniċi.