Is-sentenza li ngħatat ilbieraħ fil-każ ta’ Triq Zekka reġgħet uriet id-differenza bejn il-partiti. Il-Partit Nazzjonalista hu interessat fl-ispin, il-kampanji politiċi u li jakkuża u jiġġudika hu. Il-Partit Laburista, permezz tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, reġa’ ta prova kemm jemmen fir-rule of law u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Tkellmu dwar dan id-Deputati Robert Abela u Glenn Bedingfiled f’konferenza tal-aħbarijiet.
Fakkru kif wara rapport tal-Awditur Ġenerali, li wera kif l-affarijiet setgħu saru aħjar minn naħa ta’ dak li kien id-Dipartiment tal-Artijiet, il-Prim Ministru aġixxa u fetaħ kawża il-Qorti fl-interess tal-poplu Malti.
Glenne Bedingflied qal li l-gvern seta għamel kif kien għamel b’numru ta’ rapporti tal-Awditur Ġenerali l-Gvern Nazzjonalista u r-rapport tpoġġa jiġbor it-trab. “Imma aħna mhux hekk. U Joseph Muscat mar il-Qorti biex jiddefendi l-interess tal-poplu Malti,” qal Glenn Bedingfield.
Id-deputat Robert Abela fisser kif imnalla l-Prim Ministru ma ħax il-pariri legali tiegħu mingħand Simon Busuttil u Adrian Delia. “Simon Busuttil, politiku destinat biex jitlef, qal li din hi kawża maħsuba biex tintilef,” fakkar Robert Abela.
L-avukat Abela spjega kif fuq kollox is-sentenza turi kif din il-kawża setgħet infetħet minn kull deputat parlamentari inkluż l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u l-kelliema tal-PN dwar is-suġġett. Staqsa għaliex minkejja d-diskors kollu tal-esponenti Nazzjonalista qatt ma’ ħadu dan il-pass.
L-avukat Abela fakkar kif Jason Azzopardi kellu sensiela ta’ rapporti dwar deċiżjonijiet li ħa hu u li qatt ma ttieħdet azzjoni dwarhom. Dan dwar każi li bħad-deals tal-Fekruna u tal-Lowenbrau li nħadmu b’mod li l-interessi taċ-ċittadin ma kienu mħarsa qatt.