Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ġie mqabbel max-xow Brittaniku ta’ Punch & Judy.
Dan f’kitba ta’ opinjoni minn Mark Said fuq il-MaltaToday, li nnota l-ġlied li kien hemm riċentament bejn diversi fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista.
Issemma l-episodju meta l-Avukat ta’ Bernard Grech, Edward Debono mar fuq il-midja tal-Knisja u qal li l-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono jrid ikun parti mid-diriġenza tal-partit, biex jidħol lura fil-partit.
Hemmhekk dak il-ħin stess, Franco Debono mar jikkonfrontah, hekk kif sostna li l-Avukat ta’ Bernard Grech gideb fuqu.
Imbagħad issemmew li f’dan kollu daħlu aktar tal-establishment, fosthom l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia u ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar.
Issemma kif Manuel Delia li huwa tal-għaqda Repubblika qabbel lill-eks deputat Nazzjonalista ma’ marda.
Ġie nnotat li dawn l-episodji juru li l-fazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista jinsabu fi gwerra bejniethom.