Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech issa mhux biss qed ikompli bil-messaġġ mogħti mill-establishment li qed jgħidlu ħu kemm tista’ minnha s-sitwazzjoni dwar il-provvista tal-elettriku.
Issa qed jispiċċa jmeri l-esperti u argumenti saħansitra rrappurtati fuq ir-RAI, l-istazzjon nazzjonali Taljan.
Mar-RAI, il-kumpanija Enel, l-entità responsabbli mill-provvista tal-elettriku fl-Italja sostniet b’mod ċar li t-temperatura sħuna wisq fit-toroq mhux tgħin hekk kif qed jissewwew cables tad-dawl kawża ta’ qtugħ ta’ provvista tal-elettriku.
F’Malta, il-kumpanija Enemalta spjegat l-istess u rrimarkat li anki jekk id-domanda laħqet livelli rekord, il-pajjiż għandu l-kapaċità li jipprovdi u jlaħħaq mad-domanda, sa 800 MW, meta sa issa d-domanda rekord kienet ta’ 649 MW.
Mark Anthony Sammut u kelliema ta’ Bernard Grech ħarġu jitkellmu fid-Dar Ċentrali u Sammut l-ewwel qal li pajjiżi oħra milquta minn mewġa ta’ sħana ma nqatalhomx id-dawl, imbagħad mera l-fatti mhux biss kif spjegati mill-Enemalta iżda anki mill-kumpanija Enel fl-Italja, kif irrapporta r-RAI News.
Mark Anthony Sammut: “Il-problema u l-kawża prinċipali kienet żieda fid-domanda.”
Ġurnalist: “L-Enemalta qed tgħid illi mhux overload il-kwistjoni. Mhux temmen l-Enemalta jiġifieri?”
Mark Anthony Sammut: “Il-problema kienet iż-żieda fid-domanda.”
Ġurnalist: “Allavolja mhux qed ikollna overloads. Il-provvista hija ta’ madwar 800MW.”
L-Oppożizzjoni qed tkompli tkun partiġjana u tipprova tiskorja l-punti politiċi.
Dan ilu jirrimarkah il-Partit Laburista li sostna li min-naħa l-oħra l-Gvern jinsab iffukat fuq ħidma aċċellerata anki fil-qasam tal-enerġija.
Iżda Mark Anthony Sammut kompla jinfexx f’attakki u jmeri anki saħansitra r-rapporti tar-RAI u l-ispjegi tekniċi tal-Enemalta u meta affaċjat bil-fatti, ried jaqatalna u talab lill-ġurnalista ta’ NET News biex isserħu bil-mistoqsija tagħha.
Ġurnalist: “Mhux se nemmnu l-istqarrijiet tal-Enemalta?”
Mark Anthony Sammut: “Aktar domandi.”