Ftit ħin qabel jittieħed il-vot finali fil-Parlament fuq ir-riforma fuq il-Liġi tal-Inkjesti Maġisterjali, il-Partit Nazzjonalista kompla bil-kampanja ta’ miżinformazzjoni dwar din il-liġi mressqa mill-Gvern.
Riforma li se ssaħħaħ dan id-dritt u se taqta’ l-abbużi, bħalma kien qed isir għal dawn l-aħħar xhur mill-eks Deputat u Avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi.
Iżda l-Erbgħa waranofsinhar, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Charles Bonello kienu intervistati separatament fuq ir-radju Nazzjonalista minn Dione Borg.
Saħansitra, is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista qal hekk dwar din ir-riforma.
Charles Bonello: “Norbtu idejn il-Maġistratura tagħna f’din il-ħaġa.”
Filwaqt li sejjaħ lill-Gvern bħala anti-demokratiku, il-Kap Nazzjonalista, għal darb’oħra, sostna li jekk il-Partit Nazzjonalista jingħata l-fiduċja hu jerġa’ jirriversja din ir-riforma.
Dan f’konferma ċara li l-Partit Nazzjonalista hu komdu bl-abbużi mis-sistema tal-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li l-kredenzjali demokratiċi tiegħu huma riflessi wkoll fil-fatt li kien il-perċimes biex tqaċċit Adrian Delia minn Kap u flok tpoġġa Bernard Grech.
Bernard Grech: “Aħna se nintroduċuh lura mill-aktar fis possibbli.“
Fl-istess intervista mal-kandidat Dione Borg fuq NET FM, Bonello qal li l-Partit Nazzjonalista jista’ jċaqlaq il-muntanji.
Charles Bonello: “Jekk inkunu determinati, nistgħu nċaqilqu l-muntanji.”
Kliem Bonello hu simili bħalma kien lissen Bernard Grech fi protesta fil-Belt Valletta ftit ta’ żmien ilu.
Bernard Grech: “Dik il-politika li tqanqal il-muntanji.”