In-nuqqas ta’ tħejjija u l-fatt li l-Partit Nazzjonalista jinsab bla proposti studjati għal din il-kampanja elettorali kienu riflessi anki fuq il-programm Realtà ma’ Brian Hansford fuq ix-xandir nazzjonali.
Il-kandidat Nazzjonalista qal wieħed imbagħad jara, meta mistoqsi jekk Gvern immexxi minn Bernard Grech ikunx garanti għad-dejn ta’ nofs biljun ewro li joħloq bil-proposta tiegħu.
Il-kandidat Nazzjonalist Joseph Grech weħel fil-costings.
Joseph Grech, li kien President tal-MŻPN fi żmien Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista għadda minn żminijiet diffiċli.
Dan meta hu flimkien mal-grupp taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista ħarġu kontra l-eks Kap Nazzjonalista u talbuh jirriżenja biex jitpoġġa Bernard Grech.
Waqt dan id-dibattitu, id-Deputat Laburista Jonathan Attard semma għall-kuntrarju tal-Partit ta’ Bernard Grech li nqabad bla proposti studjati u costings, il-Partit Laburista qed jippreżenta proposti li huma fattibbli għax għandna ekonomija b’saħħitha.