Dan hu l-Partit Nazzjonalista ftit tax-xhur ilu dwar il-Gozo Channel u kontra l-privatizzazzjoni tagħha.
Qal, “Illum il-ġurnata l-Partit Nazzjonalista għandu informazzjoni li din il-kumpanija se tiġi privatizzata.”
Dan il-Partit Nazzjonalista llum favur il-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel.
Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli juri li quddiem nies differenti jitkellem b’modi differenti, skont kif ikun jaqbillu.
Fuq naħa jgħid mod u fuq naħa oħra jgħid litteralment il-kontra.
L-aħħar li għamel dan kien Peter Agius fil-ħarġa tat-Times tat-Tnejn fejn f’artiklu kiteb favur il-privatizzazzjoni tal-kumpanija Gozo Channel.
Fil-fatt, f’dan l-artiklu li kiteb, hu qal li l-Gozo Channel għandha bżonn tmexxija ġdida, waħda fejn ma tkunx ikkontrollata mill-Gvern.
Fi kliem ieħor, din tingħata lil privat.
Iżda daqs sena u nofs ilu, id-Deputati Nazzjonalisti Alex Borg u Ivan Castillo organizzaw konferenza tal-aħbarijiet speċifikament dwar dawk li sejħu rapporti li l-Gvern se jipprivatizza l-Gozo Channel.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet lejliet protesta, li kien organizza Bernard Grech, twasslu kummenti kontra l-privatizzazzjoni tal-Gozo Channel.
Qal, “Għalhekk illum għamilna din il-press conference flimkien mal-kollega Ivan Castillo biex nagħmlu ċerti mistoqsijiet ibbażati fuq informazzjoni li għandna li hemm possibbiltà li l-Gozo Channel flimkien mal-portijiet li qed jintużaw tiġi privatizzata.”