ONE News daħlitlu informazzjoni mill-Partit Nazzjonalista u ta’ min jorbot fuqha, li fl-aħħar sigħat kien hemm inkwiet kbir fid-Dar Ċentrali u dan b’rabta ma’ deputat Nazzjonalista partikolari.
ONE News issa jista’ jżid li l-informazzjoni dwar dan id-deputat partikolari waslet għand il-PN fl-2022 u kienet se toħroġ minn wieħed mid-deputati l-oħrajn li kellu dak iż-żmien. Iżda peress li kienet is-sena tal-elezzjoni, din l-informazzjoni nżammet mistura.
ONE News informat li, fl-aħħar sigħat, reġa’ kien hemm tentattiv minn individwi fil-PN stess, biex din l-istorja terġa’ tara d-dawl tax-xemx u saret pressjoni biex id-deputat involut jitkeċċa mill-PN.
Iżda għalissa kollox se jibqa’ kif inhu. Jidher li d-deputat involvut mhux lest iċedi għall-pressjoni tal-klikka estremista.
Madankollu hu fatt magħruf li fil-PN, fl-aħħar mil-aħħar, dejjem tgħaddi tal-klikka estremista.