Il-kritika għan-nefqa rikorrenti tal-gvern milll-Partit Nazzjonalista mhi xejn għajr attakk fuq l-inizjattivi tal-gvern biex jiżdiedu s-servizzi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, fost oħrajn, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
“La l-Partit Nazzjonalista għandu problema b’din in-nefqa, tant li jbeżża’ li mhix sostenibbli, għandu problema biż-żidiet li ngħataw il-ħaddiema tas-servizz pubbliku, l-għalliema, l-infermieri u l-pulizija fost oħrajn, li lkoll iffirmaw ftehimiet kollettivi ġodda. La għandu problema b’dawn aħseb u ara kemm se jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ sezzjonijiet oħra ta’ ħaddiema jekk ikun fil-gvern”, sostna l-Partit Laburista.
Fuq kollox il-PN mhux kredibbli meta jitkellem dwar proposti għall-baġit. Għax meta kien fil-gvern proposti għamel ħafna, iżda wettaq ftit li xejn jew saħansitra għamel bil-maqlub tagħhom, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.