Il-Partit Nazzjonalista għandu karriera jipprova jibni l-politika u l-għajxien tiegħu fuq allegazzjonijiet bla bażi.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa llejla mill-Partit Laburista, fejn intqal li l-allegazzjonijiet li diġà ġew mgiddba għal darbtejn mill-entitajiet relevanti.
Il-Partit Laburista sostna li “l-Partit Nazzjonalista għandu jipprova jibda jifhem għaliex tilef l-aħħar elezzjoni ġenerali b’distakk rekord u l-istess ġralu fl-elezzjonijiet ta’ qabel.”
Intqal li r-raġuni għal dik it-telfa hi li l-Partit Laburista baqa’ joffri l-aħjar soluzzjonijiet għal pajjiżna u l-Partit Nazzjonalista baqa’ ma nbidilx fejn mill-ħażin baqa’ sejjer għall-agħar.
L-establishment Nazzjonalista għandu problema jaċċetta verdett leġittimu. Fil-fatt lanqas verdett demokratiku fi ħdanu ma kien kapaċi jaċċetta u bl-istess mod qatt ma kien kapaċi jaċċetta verdett demokratiku u leġittimu nazzjonali. B’hekk dejjem jivvinta.
“L-istejjer ivvintati b’rabta mal-elezzjonijiet ilu jipprova jbiegħhom snin u la ħadd emmnu u lanqas ħadd se jemmnu,” temm jgħid il-Partit Laburista f’din l-istqarrija.