Il-Partit Nazzjonalista għadu midjun ma’ Żaren Vassallo, il-bniedem li mar tajjeb mid-‘deal’ tal-Lowenbrau u li kien imwiegħed kompromess. Ikkonfermat dan il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech għall-mistoqsijiet ta’ ONE NEWS.
Għalkemm issa bidlet il-verżjoni oriġinali u qed tgħid li dak id-dejn ma jinkludix il-kwart ta’ miljun ewro li Żaren Vassallo ta ftit tal-jiem wara li ngħalaq id-deal tal-Lowenbrau. Wara li ftit tal-jiem ilu l-orizzont staqsewha ċar u tond li x’sar minnu dan is-self u qalet li qed ikun innegozjat, issa bdiet tagħti verżjoni li taqbel ma’ ta’ oħrajn fil-PN.