Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-mandat li għamel il-Partit Nazzjonalista biex iwaqqaf laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar skedata għal-lejla ikompli mas-sensiela ta’ deċiżjonijiet żbaljati li waslu biex dan il-Kunsill spiċċa fl-istat li qiegħed illum.
Filwaqt li l-Qorti għandha titħalla tieħu d-deċiżjonijiet tagħha wieħed ma jistax ma jinnotax l-paniku tal-PN wara li ħalla l-Kunsill Lokali jitfarrak u ma kienx kapaċi jżomm it-tim tiegħu magħqud temmet tgħid l-istqarrija.