Min se jkeċċi, min se jżid u min se jżomm li għandna.
Il-Partit Nazzjonalists spiċċa f’konfużjoni sħiħa meta jitkellem dwar il-popolazzjoni, b’diversi esponenti spiċċaw imeru lil xulxin.
B’hekk qed joħroġ ċar kif il-Partit Nazzjonalista qed jitkellem dwar is-suġġett mingħajr pjan.
Fuq Popolin, id-deputat Ivan Castillo qal li l-popolazzjoni jeħodha lura għal żmien l-elfejn u tlettax.
Qal, “Kieku kellek tikkalkula l-popolazzjoni preżenti, tonqos ħamsa, għaxra, ħmistax fil-mija, għoxrin? Aħna qed nikkalkulaw li tkun qed tonqos lura għal dak li kellna qabel. Qabel meta? Fit-2013, fit-2013.”
Hu qal li se jagħmel hekk anke jekk minn dakinhar żdiedu bl-eluf il-Maltin hekk kif fost oħrajn in-nies qed jgħixu iktar.
Żdiedu wkoll iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom dritt jgħixu f’Malta kif il-Maltin għandhom dritt jgħixu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Però b’xi mod, Castillo jeħles minnhom.
Forsi għalhekk id-deputat nazzjonalista Rebekkah Borg, wieġbet differenti. Affaċċjata bil-kumment ta’ lukandier li qal li kieku kellu jsir hekk il-lukanda li jmexxi tgħalaq, Borg kienet ċara.
Qalet, “Qed tgħid l-ovepopulation, in-nies hemm barra meta jisimgħu lill-oppożizzjoni tgħid jifhmu li se nnaqsu l-popolazzjoni. Le at this point in time ma nistgħux nnaqsu l-popolazzjoni. Mil-lum għal għada żgur li le. Dik one of the pillars business continoutiy.”
U filwaqt li Borg qalet li mhux se tnaqqas biex meriet lil Castillo, Ivan Bartolo merihom it-tnejn li huma f’daqqa.
Għax qal li jrid minn sittin elf persuna oħra u dan biex jaħdmu fi ftit setturi partikolari biss.
Qal, “Aħna qed ngħidu li biex dan jikber għal 6% jkollna għalfejn noħolqu fuq medda ta’ tmien snin, il-fuq minn sittin elf.”
Bartolo għamilha ċara li hawn ma kienx qed jitkellem dwar setturi bħat-turiżmu u s-saħħa u għalhekk is-sittin elf huma extra.
Min-naħa l-oħra f’intervista ma’ ġurnalist li tkellem biss bl-Ingliż, Bernard Grech qal li jkeċċi ħaddiema fis-settur tas-saħħa u l-anzjanità jekk ma jitkellmux bil-Malti.
Fil-fatt it-titlu tal-lovinmalta kien: Fail your Maltese test and you’ll have to leave the island.
Iżda, miegħu ma jaqbilx il-kelliem għas-saħħa Stephen Spiteri.
Qal, “Din mistoqsija importanti ħafna Ma nkeċċuhomx il-barranin.”
Fi kliem Spiteri l-kontribut tal-barranin fis-saħħa jmur lura għal qabel infetaħ il-Mater Dei.
Qal, “Ġewwa l-isptar San Luqa niftakar speċjalisti, professjonisti, kirurgi li huma barranin u li qed jagħtu l-aħjar servizz.”
U Rebekah Borg marret pass oltre u saħansitra qalet li l-Kap ma qalx dak li qal mal-lovinmalta.
Qalet, “Mhux se jkeċċihom u jgħidilhom itilqu. U żgur li le. U żgur li le.”
B’hekk il-Partit Nazzjonalista spiċċa f’konfużjoni sħiħa.
Min-naħa l-oħra l-gvern qed jieħu numru ta’ passi konkreti biex isaħħaħ il-kontroll tal-awtoritajiet Maltin fis-settur.
Fl-aħħar xhur beda jwaqqaf ħaddiema barranin milli jsuqu karozzi li jġorru liċenzja tal-passiġġieri jekk m’għandhomx liċenzja ta’ Malta jew l-Unjoni Ewropea.
Beda diskussjoni għal skills card fis-settur tat-turiżmu, biex qabel ħaddiem jiġi Malta jagħmel test.
U fil-jiem li ġejjin mistennija tkun approvata liġi ġdida li tirregola għall-ewwel darba lil min iġib ħaddiema barranin f’pajjiżna.
Dan bħala parti minn pjan b’saħħtu li tkellem dwaru l-Prim Ministru Robert Abela fir-replika tal-budget.