Il-Partit Nazzjonalista hu favur l-abbuż mill-ġustizzja. Dan ħareġ ċar waqt dibattitu fuq ix-xandir nazzjonali bejn il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, u d-Deputat tal-fergħa estremista Nazzjonalista, Karol Aquilina, ftit ħin wara li proprju tħabbru d-dettalji dwar ir-riformi fl-inkjesti.
“Kienu komdi b’sistema ta’ inġustizzji, basta dawk l-inġustizzji, b’mod jew ieħor tweġġa’ lill-avversarju tiegħek politiku jew lil dawk li ma jaqblux miegħek u qed ngħidha bl-aktar responsabbilità. Dak hu l-Partit Nazzjonalista.”
Il-Ministru Jonathan AttardREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li ħarġet ukoll l-inkonsistenza grassa d-Deputat tal-establishment saħansitra qal li din il-liġi hi illegali, waqt li qal li sew għamel il-Partit Nazzjonalista li vvota kontra tagħha fl-ewwel stadju tal-Parlament.
“Din hi liġi irresponsabbli, din hi liġi perikoluża u din hija liġi li, ngħid jien, hija illegali wkoll.”
Karol Aquilina, Deputat tal-PN
Dlonk kienet ir-risposta tal-Ministru Attard.
“Kompletament assurd, għax id-dritt ta’ ftuħ ta’ inkjesta minn ċittadin privat lanqas biss jeżisti fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Huma l-ftit li għandhom dan id-dritt. Fil-fatt, pajjiżna hu wieħed mill-ftit pajjiżi li għandu dan id-dritt u dan id-dritt se jkompli jissaħħaħlu.”
Il-Ministru Jonathan Attard
Matul il-programm, id-Deputat Nazzjonalista kompla jattakka lill-istituzzjonijiet, b’mod partikolari lill-Kummissarju tal-Pulizija, bis-soltu stil tipiku tiegħu.
“Għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija huwa pupazz.”
“Kummissarju kkontrollat u maħtuf mill-Prim Ministru.”
“Meta jkun hemm Kummissarju serju u tal-affari tiegħu, immur għand il-Kummissarju, imma sakemm jibqa’ Angelo Gafà, mhux ħa mmur għandu.”
“Jien m’għandix fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija.”
Karol Aquilin, Deputat tal-PN
Fl-istess dagħdigħa ta’ negattività, Aquilina, iżda, nesa li nbidel il-mod kif sar jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija.
KAROL AQUILINA: “Għax il-Kummissarju jagħżlu l-Prim Ministru.”
PREŻENTATUR: “Hu b’sejħa pubblika, to be fair.”
JONATHAN ATTARD: “Ma pparteċipawx.”
Il-Ministru Attard innota d-differenza bejn iż-żewġ partiti.
“Qed nippreżentaw riforma leġiżlattiva li tassigura li ma jkunx hemm abbużi, li jidher li l-Partit Nazzjonalista, dawn l-abbużi hu komdu bihom, sewwa u aħna qed ngħidu dawk l-abbużi jridu jispiċċaw, irridu proċess li verament iwassal għal ġustizzja, min għandu jiġi investigat, jiġifieri waqt li qed nitkellmu hawnhekk, li kien hemm min jgħid, għax dik l-inkjesta ma kinitx issir. Kull inkjesta li kellha ssir, se ssir.”
Il-Ministru Jonathan Attard
In-negattività min-naħa tal-Oppożizzjoni kompliet tispikka.
“Jiena ngħidlek f’wiċċek, int il-Ministru tal-gideb.”
Karol Aquilina Deputat tal-PN