Il-Partit Nazzjonalista qed jiddependi iktar minn qatt qabel fuq il-pinna tal-blogger Daphne Caruana Galizia biex iżomm il-poter. Kliem l-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando waqt il-programm One Week.
Hawnhekk kien diskuss fost oħrajn is-saħħa u l-kredibiltà li l-Oppożizzjoni qed tagħti lill-blogger Nazzjonalista, bħal per eżempju, tbiddlet l-attivita politika tal-Ħadd biex issa se ssir tas-Sliema, skont ir-rieda ta’ Caruana Galizia.
Waqt il-programm, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa wara l-aħbarijiet, Pullicino Orlando flimkien mal-avukat Alex Saliba ikkummentaw ukoll dwar il-famuż kumment tal-President tal-Kunsill tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech dwar is-Serkin tar-Rabat. Kumment li fi kliem Saliba kien messaġġ dirett mill-Partit Nazzjonalista, li jara lill-maġġoranza tal-poplu, li jiffrekwenta postijiet bħal dawn, bħala irrelevanti.