Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li ma fehemx id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus huwa li fi żmien Gvern Nazzjonalista taparsi tħabbar proġett ta’ turbini tar-riħ fis-Sikka l-Bajda – post li l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien diġà jaf li qatt ma seta’ jseħħ minħabba raġunijiet ambjentali.
Din ma kinitx l-aħħar darba li l-Partit Nazzjonalista ressaq proposti mhux fattibbli.
Fl-2010 ivvinta l-idea li jagħmel turbini tar-riħ f’Ħal Far u f’Wied Rini. Dan meta kien diġà jaf li hemmhekk ma setgħux isiru lanqas.
Għal darb’oħra, ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet il-Partit Nazzjonalista ppropona floating wind farm mingħajr ma indika ż-żona fejn seta’ jsir.
B’differenza, Gvern Laburista għamel pjan studjat, irriċerka s-suq u t-teknoloġija disponibbli, għamel il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u llum kien f’pożizzjoni illi joħroġ sejħa għall-offerti.
AQRA AKTAR: