Ftit jiem biss ’il bogħod mill-Baġit, il-Partit Nazzjonalista ħareġ b’power point presentation bi ftit slides, flok ippreżenta d-dokument tiegħu ta’ qabel il-Baġit.
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u tliet kelliema oħrajn ippreżentaw affarijiet riċiklati mill-programm elettorali tas-sena l-oħra li dwaru ħarġu numru ta’ verżjonijiet.
Fost il-kelliema ta’ Bernard Grech, tkellem ukoll Jerome Caruana Cilia, li s-sena l-oħra kien l-awtur tal-pre-budget document imlaqqam bħala “mess”, deskritt mill-midja indipendenti bħala tgerfix.
ONE News staqsa lill-Kap Nazzjonalista jekk is-suppost viżjoni fi ftit slides fuq powerpoint presentation hiex minflok il-pre-budget document.
Wieġeb, “Aħna ma hemmx għalfejn nistennew il-Pre-Budget Document.”
Bernard Grech kompla juri n-nuqqas ta’ tħejjija tal-Partit Nazzjonalista f’eżerċizzju importanti għall-pajjiż bħal huwa l-Budget.
Stqarr, “Aħna nemmnu li din ma hijiex biss kwistjoni ta’ Pre-Budget Document f dan l-istadju f’pajjiżna.”
U jekk fil-programm elettorali tiegħu kien skomdu għax kien mimli żbalji u verżjonijiet differenti, hekk ukoll għamel issa Bernard Grech.