Il-Partit Nazzjonalista kkontesta ruling tal-ispeaker permezz ta’ mozzjoni li preżentaw il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco u d-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.
Il-Partit Nazzjonalista mhux jaċċetta l-fatt li Marlene Farrugia bidlet il-mozzjoni minn waħda ta’ sfiduċja f’Keith Schembri għal waħda ta’ ċensura fil-konfront tal-Prim Ministru.
Il-mozzjoni tgħid li “dan il-parlament għandu jafferma d-dritt tiegħu li jiċċensura b’mod dirett u mingħajr xkiel persuni b’ħatriet politiċi meta l-Parlament hekk jidirlu li jkun xieraq anke biex iħares mhux biss is-sovranità tiegħu imma fuq kollox l-interess nazzjonali.”