Il-gvern qal li l-Oppożizzjoni qed tilgħab l-istess logħob perikoluż bil-Bank Ċentrali li kienet tilgħab fil-gvern, billi tindaħal fit-tmexxija tal-Bank Ċentrali.
Il-gvern qal li llum il-Bank Ċentrali jgawdi minn indipendenza f’dik li hija tmexxija tal-istess Bank Ċentrali u jeżistu regoli u proċeduri ċari ta’ kif jitmexxa l-Bank Ċentrali. Hemm ukoll skrutinju sħiħ tal-Bank Ċentrali Ewropew.
“Il-mod kif qed tipproġetta ruħha l-Oppożizzjoni juri mod ħażin ħafna ta’ governanza f’materja daqstant sensittiva,” qal il-gvern.