il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech m’għandu l-ebda pjan dwar l-Air Malta.
Dan ħareġ b’mod ċar waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, fejn id-deputati ta’ Bernard Grech spiċċaw jitkellmu biss fuq il-passat u ma lissnu l-ebda proposta dwar il-pjan għal-linja nazzjonali tal-ajru.
L-ewwel, id-deputati Nazzjonalisti dehru li ħadd minnhom ma ħassu komdu li jwieġeb minnufih il-mistoqsija tal-ġurnalist ta’ ONE News.
Fil-fatt kellu jkun wieħed mill-eks membri tal-Kabinett ta’ GonziPN li spiċċa jsemmi biss pjan ta’ ħdax-il sena ilu.
ĠURNALIST: “X’inhu l-pjan tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Air Malta?”
MARIO DE MARCO: “Kellna pjan, il-pjan li kien ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea.”