Il-Partit Nazzjonalista issa ħareġ bi skuża ġdida dwar il-fatt li qed jibqa’ jaħbi l-kontijiet finanzjarji u r-rapport tad-donazzjonijiet, bi ksur sfaċċat tal-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.
Is-Segretarju Ġenerali tal-partit b’operat illegali, Michael Piccinino, qal li l-fatt li ma ġie ppreżentat qatt s’issa rapport wieħed ta’ sena sħiħa mindu Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, hu dovut minħabba problemi ta’ riżorsi umani.
ĠURNALIST: “This means no PN financial reports have been made publicly available for any of the full calendar years that Bernard Grech has been at the party helm. In-nies mingħajr ma trid, dan sempliċiment kien żball għax m’aħniex perfetti?”
MICHAEL PICCININO: “Le le. Diġà spjegajt, spjega wkoll Bernard Grech. Kienet kwistjoni wkoll ta’ riżorsi umani.”
Bernard Grech kien qal li kellu problema li ma setax isib imqar awditur wieħed li lest jitfa’ ismu u japprova l-accounts tal-Partit Nazzjonalista. Indikazzjoni ċara tat-taħwid li fihom.
“Ikun hemm kultant kumplikazzjonijiet, ħafna drabi jkunu ħmerija, ikollok bżonn awditur u ma ssibx awditur mill-ewwel u allura ċerti commitments ma tagħmilhomx fil-ħin.”
Piccinino issa ħareġ bi skuża ġdida u qal li mhux biss minħabba li ma ssibx awdituri.
ĠURNALIST: “Meta tgħid problemi ta’ riżorsi umani, jiġifieri ma sibtx awdituri?”
MICHAEL PICCININO: “Le le mhux kwistjoni ma ssibx awdituri biss. Hi kwistjoni li ovvjament tieħu ż-żmien biex tagħmel l-affarijiet.”
Imbagħad ippressat aktar, hu qal li hemm id-diffikultajiet u d-dewmien.
MICHAEL PICCININO: “Kien hemm ukoll xi diffikultà, mhux diffikultà, kien hemm delays biex isiru anke minħabba riżorsi umani.”
ĠURNALIST: “Bernard Grech ilu erba’ snin.”
Fil-Partit Nazzjonalista komplew jikbru l-mistoqsijiet fuq il-vera raġuni, għax il-Partit ta’ Bernard Grech baqa’ ma ppreżenta l-ebda rapport finanzjarju u dawk tad-donazzjonijiet.
Fil-midja ġew innotati wkoll sitwazzjonijiet ta’ awdituri li mhux lesti jaħdmu ft-taħwida manja li hemm fil-finanzi tal-Partit Nazzjonalista, mindu laħaq Bernard Grech, li wkoll kompla bl-iskema sigrieta taċ-ċedoli li kien ħoloq preċedentement Simon Busuttil biex idur mal-istess Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.