- Mhux minnu li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri fl-Emerġenza
Wara li l-media tal-Partit Nazzjonalista ppubblikat storja li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri li hemm fl-Emerġenza tal-isptar Mater Dei, il-Ministeru għas-saħħa wieġeb fi stqarrija li din l-istatwa “hemm kienet u hemm se tibqa’.”
Wara li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne talab kjarifika fuq l-istorja li qed tiġi rraportata f’mezz ta’ xandir lokali, l-Managment tal-Isptar Mater Dei għamilha ċara li qatt ma ta ebda ordni biex din l-istatwa titneħħa.
Il-Ministeru għas-saħħa qal li għal darb’oħra il-media tal-Partit Nazzjonalista uriet li fil-qasam tas-saħħa ftit li xejn għandha x’tikkritika u għalhekk tispiċċa tehda fil-ħolqien ta’ fake news.