Mat-Times il-Prim Ministru indirizza mistoqsijiet dwar il-Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista. Huwa ddeskriva dan bħala daqqa “below the belt” tal-PN lill-poplu għaliex l-Oppożizzjoni żammet mistur mill-poplu dak li tagħmel hi flok il-Gvern kieku tiġi fdata biex tressaq Budget.
Fl-intervista il-Prim Ministru fakkar ukoll kif fil-konfront ta’ Glenn Micallef u n-nomina tiegħu għall-Kummissarju Ewropew, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet minn kollox biex taqta’ qalb Micallef u ċċekken il-portafoll li ngħata, illum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista adottat slogan b’enfasi fuq iż-żgħażagħ.