Il-Partit Laburista esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal partijiet kollha li nstab ftehim u triq ‘il quddiem għall-ġid tat-tfal, ġenituri u l-edukaturi kif ukoll tal-pajjiż. Huwa pożittiv li l-istrajk mhux se jsir fid-dawl ta’ ftehim.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li jħares ‘il quddiem biex dan il-qasam tant importanti jkompli jħalli l-ġid għal pajjiżna u biex it-tfal tagħna jkomplu jingħataw edukazzjoni kif tixirqilhom.
B’dispjaċir innota li l-Partit Nazzjonalista qiegħed, waħdu waħdu, jippersisti b’mentalità negattiva, isterika u partiġġjana fuq din il-kwistjoni anke wara li ġiet riżolta.
Qal li man-negattività, l-isteriżmu u l-partiġġjaniżmu tal-Partit Nazzjonalista, il-Gvern iwieġeb b’rieda tajba, għatx għall-progress u s-saħħa tar-raġuni u tal-kalma għall-ġid tat-tfal tagħna.