F’ġimgħa fejn il-firda fil-Partit Nazzjonalista dehret aktar fiċ-ċar minn qatt qabel, huwa inutli li Adrian Delia jipprova jaghmel ballun politiku l-inċident li seħħ ilbierah biex jipprova jiskorja xi punti politiċi.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija filwaqt li sostniet li jkun aħjar jindirriza l-isforzi tiegħu u jipprova jipproponi miżuri tajbin għall-pajjiz bħala Gvern alternattiv.
L-unika darba li tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal dan il-pajjiż, dalgħodu waqt intervista, kienet meta rrepeta li hu kontra l-proġett li jsiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna b’investiment ta’ 700 miljun ewro, minkejja li din kienet imwegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista sentejn ilu. Baqa’ ma tgħallem xejn, temm jgħid il-Partit Laburista.