L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista l-għada li l-Qorti reġgħet tefgħet il-barra rikors ta’ tnejn mir-rappreżentanti ewlenin tiegħu hija stqarrija oħra ta’ partit li ma tgħallem xejn. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Għal darb oħra l-Partit Nazzjonalista ħareġ jagħmel numru ta’ akkużi li mhumiex pruvati. Fuq kollox ħareġ jifraħ li wassal dan it-tfigħ ta’ tajn fl-Ewropa permezz ta’ rappreżentanti li issa draw jitfgħu l-ġebla u jaħbu idhom.
Illum hemm numru ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti li juru li jħammeġ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna min jigdeb dwaru. Il-Partit Nazzjoanlista jigdeb dwaru f’Malta, iżda iktar minn hekk minn jigdeb dwaru madwar id-dinja.