Għal darb’oħra l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista reġgħu nqabdu mingħajr dettalji meta mitluba jispjegaw dak li qed jgħidu li se jagħmlu jekk ikunu fil-Gvern.
Il-kandidata Nazzjonalista Janice Chetcuti, li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, poġġiha biex tmexxi l-PN Greens ma kinitx taf id-dettalji dwar waħda mill-ftit wegħdi ambjentali li għamel il-Partit Nazzjonalista, dik li tinxtara art f’Hondoq ir-Rummien mill-privat.
Tliet xhur wara li Bernard Grech qal li ser jixtri l-art privata f’Ħondoq ir-Rummien il-Partit Nazzjonalista għadu lanqas jaf kemm tiswa u meta ġiet mistoqsija direttament, Chetcuti ma kinitx taf iċ-ċifri.
Chetcuti qalet, “Ovvjament il-kalkoli jsiru u jsiru dejjem. Fil-bord li jieħu ħsieb dan kollu. Mhux kwistjoni nitkellimha miegħek hawn. Imma l-bord għandu l-figuri.
Meta kienet mistoqsija: “Għaliex ma titkellimiex miegħi hawnhekk, mhux midja? Għandi dritt nistaqsik le?
Janice Chetcuti qaltilna, “Ilum ħsibtek ħa tiġi tistaqsini jiena bħala PN Greens x’ser nagħmel.
Meta rġajna staqsejnieha: “Għandi d-dritt nagħmillek il-mistoqsijiet li rrid, le?
Janice Chetcuti tenniet: “Għalhekk kont qed inwieġbek fil-fatt.”
F’Ġunju li għadda Bernard Grech kien qal li se jixtri Ħondoq ir-Rummien għax xi ħadd kiteb dan u dlonk qal li jixtri l-post.
Għalkemm anke hu ma qalx kemm tiswa l-art.
Meta lil Bernard Grech staqsejnieh: “Mal-Indpendent wegħdtu li se tixtru l-art tal-Ħondoq. Taf tgħidli kemm tiswa? Irridu nagħtuha lura lill-poplu. Is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. Kemm tiswa? Tiġi kkalkulata.Jekk wegħdtha nimmaġina li taf kemm tiswa? Mhux fl-ajru. Nimmaġina li tagħmel il-costing?”
Grech stqarr: : Serraħ rasek. Wegħda nkunu nafu x’qed ngħidu. Qas taf kemm hi. Inkunu nafu Colin.”
Però dakinhar Bernard Grech laqqat il-kritika mhux biss għax ma kienx jaf kemm jiswa, iżda wkoll għax ċertu żvilupp fuq dik l-art sar possibbli kawża tal-bidla fil-pjani lokali tal-2006.
Kien Gvern Nazzjonalista li għamel dik l-art tiswa l-miljuni u li fiha seta’ jsir ċertu żvilupp.
Il-Partit Laburista dejjem iddikjara li hu kontra l-iżvilupp fuq Ħondoq ir-Rummien, anke bir-rappreżentanti lokali tiegħu.
Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista għadu sa issa jiddefendi d-deċiżjoni tal-pjani lokali tal-2006.
Meta reġgħet kienet mistoqsija: Bernard Grech qal li kienu tajbin. Taqbel miegħu?”
Janice Chetcuti qalet, “Iva jien kont ħdejn il-Kap meta qal dan.”
Wieħed mill-arkitetti wara t-tibdil fil-pjani lokali li rat medda ta’ art kbira daqs is-Siġġiewi kollu tingħata għall-iżvilupp kien ħadd ħlief Ray Bezzina, l-id il-leminija ta’ Bernard Grech u l-pont bejn t-tmexxija tal-Partit u l-establishment Nazzjonalista.