Hekk kif din il-ġimgħa l-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat jinsab fi New York, l-Istati Uniti, fejn qed jattendi għat-tnejn u sebgħin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, iltaqa’ għall-ewwel darba mal-President tal-Amerika, Donald Trump.
Permezz ta’ tweet fuq Twitter, il-Prim Ministru rringrazzja lill-President tal-Amerika u lil martu Melania Trump talli ospitaw lilu u lis-Sinjura Michelle Muscat għat-72 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.
We thank @realDonaldTrump and @FLOTUS for hosting us at #UNGA2017 -JM pic.twitter.com/ToQ8L2YC4y
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 21, 2017