19:15 – Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Lydia Abela żaru lill-ħaddiema tal-isptar Mater Dei. Huma qattgħu ftit tal-ħin magħhom, filwaqt li rringrazzjaw tad-dedikazzjoni u l-ħidma li jwettqu, bil-għan li tkun imħarrsa saħħet il-poplu Malti kollu.
18:00 – Lura Malta, il-Prim Ministru Robert Abela waqaf jitkellem mal-ħaddiema tar-ristorant ‘Il-Pirata’. Dan hekk kif fil-jiem li ġejjin ir-ristoranti se jkunu qed jerġgħu jiftħu l-bibien, wara r-rilaxx tal-miżuri b’rabta mal-imxija.
17:00 – Aktar tard il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela flimkien mad-Deputat Mexxej għall-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef żaru lill-bidwi Fritz Tabone. Miegħu ddiskutew is-settur tal-Agrikoltura, kif ukoll l-prodott agrikolu Għawdxi.
16:15 – Waqt li kien qiegħed jiltaqa’ mal-ħaddiema u l-familji Għawdxin, il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem ukoll f’laqgħa virtwali ta’ grupp tal-iscouts. Huwa qal għall-volontiera m’hemmx festi.u saħaq li s-sehem tagħhom lejn is-soċjetà huwa importanti daqs kull xogħol ieħor.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat mid-Deputat Mexxej għall-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef.
14:20 – F’Jum il-Ħaddiem il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista żar ukoll bosta ħaddiema fil-gżira Għawdxija.
Huwa sostna li fil-gżira Għawdxija l-Gvern irid joħloq l-istess opportunijiet bħalma joħloq f’Malta. Semma l-Gvern ġa ħa deċiżjonijiet biex dan isir u tenna fil-futur ħa jkompli jieħu aktar deċiżjonijiet bħal dawn.
13:30 – Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-ħaddiema tal-kumpanija Maypole li tipprouċi ħobż frisk, fost prodotti oħra.
Dr Abela qal li llum il-Gvern irid irodd ħajr lill-ħaddiema li tul l-aħħar 15-il xahar baqgħu għaddejjin minkejja ċirkostanzi ta’ pandemija.
12:00 – F’Jum il-ħaddiem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela żar ukoll il-ħaddiema tal-fabbrika Baxter li tipproduċi bosta prodotti li jintużaw fl-isptarijiet. Huwa tkellem mal-ħaddiema fuq il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti u kif dawn huma siewja fil-qasam tas-Saħħa.
10:50 – Il-Prim Ministru Robert Abela mar iżur lill-ħaddiema tal-WasteServ, fejn hemmhekk ra lill-ħaddiema jisseparaw l-iskart. Il-Gvern qed jaħdem fuq il-proġett ‘Waste to Energy’ bil-għan li jkun ikun immaniġġjat l-iskart f’pajjiżna u dan ikun jista’ jerġa’ jintuża bħala riżorsa.
10:30 – Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana f’Jum il-Ħaddiem.
Hemmhekk huwa ra r-reqqa li biha jaħdmu l-ħaddiema biex anki tkun miġġielda l-kriminalità.
Aktar qabel – Hekk kif illum qed jiġi ċċelebrat Jum il-Ħaddiem, il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela, beda dan il-jum billi mar iżur il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul.
Il-Prim Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema li jagħtu servizz impekkabbli lill-anzjani u tkellem magħhom fuq l-esperjenza tagħhom fuq il-post tax-xogħol.
Il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul kienu fost dawk il-ħaddiema li f’pandemija baqgħu jieħdu ħsieb u jagħtu kura u wens lill-anzjani.
F’San Vinċenz de Paul, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Dr Josianne Cutajar.
Intant il-Prim Ministru se jkun qed iżur iżjed ħaddiema madwar il-pajjiż f’dan il-jum fejn il-Gvern qed jisħaq fuq politika li tkompli ssaħħaħ lill-ħaddiem.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/05/01/xogholna-huwa-li-nkomplu-nsahhu-lill-haddiema-u-n-negozji-il-pm/