Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi talab lill-President Taljan Sergio Mattarella biex jibqa’ hu l-president tal-pajjiż, wara li ma kienx hemm qbil dwar min għandu jkun is-suċċessur tiegħu. Fil-fatt, diġà saru seba’ elezzjonijiet mingħajr suċċess.
Għalhekk, jidher li fuq id-dokument tal-vot li għandu jittieħed illejla se jkun hemm isem Mattarella. Minkejja li hu qal repetutament li jixtieq jirtira mill-kariga.
Draghi saħaq kemm-il darba dwar l-importanza li Mattarella jibqa’ jokkuppa l-kariga għal ġid u l-istabilità tal-Italja.
Huwa qal ukoll lill-mexxejja tal-partiti biex jinkoraġġixxu lil Mattarella biex ma jirreżenjax, il-Prim Ministru Taljan qal li din id-deċiżjoni hija f’idejn il-parlament.
Għalhekk, issa t-Taljani qed jistennew x’se jkun qed jiddeċiedi l-President Sergio Mattarella fil-ħin li ġej.