Intemmet era darba għal dejjem.
Era li fiha pajjiżna kien juża l-aktar żejt li jniġġeż.
Dan ifisser li daqshekk użajna l-aktar fjuwil li jħammeġ, il-heavy fuel oil. Il-fabbrika tal-kanċer ingħalqet uffiċjalment. Issa tibda fażi oħra, fejn l-impjant attwali jibda jiżżarma u tibda tintuża l-power station ġdida, li taħdem bil-gass.
Bħalissa li m’hemmx kurrent, qed tingħalaq is-sistema biċċa biċċa.