Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanches appella lill-ħaddiema fil-qasam pubbliku u dak privat sabiex jieqfu jilbsu l-igravata. Dan bħala miżura sabiex jonqos il-konsum tal-enerġija fil-mewġa ta’ sħana li qed tagħmel.
Permezz ta’ dan, Sanches spjega li se jonqos il-bżonn għala wieħed jixgħel l-arja kkundizzjonata.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sanches qal kif mill-jum tat-Tnejn, Spanja se tkun qed idaħħal fis-seħħ bosta miżuri urġenti, dan fid-dawl li bosta pajjiżi Ewropej qed jaħdmu sabiex ikunu anqas dipendenti fuq il-gass ġej mir-Russja.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Spanjol qal li hu ma kienx liebes ingravata u spjega kif irid lill-Ministri tiegħu u ħaddiema oħra jagħmlu l-istess.
Fl-2011, il-Ġappun introduċa miżura simili għax-xhur tas-sajf.