Il-Prim Ministru laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-iMsiehba Socjali rappreżentati fl-MCESD qablu kif se jkunu qegħdin ifasslu proposti għall-Gvern dwar il-metodu ta’ kif tista’ tiżdied il-paga minima nazzjonali.
Dan huwa bbażat fuq erba’ punti:
- Iż-żieda trid tinħadem fuq bażi ta’ mekkaniżmi li diġà jeżistu b’mod li jissaħħu kemm dawn il- mekkaniżmi kif ukoll d-djalogu soċjali kollu kemm hu
- Iż-żieda tkun waħda straordinarja fejn l-għan aħħari tagħha jkun li titnaqqas il-povertà relattiva fost min qed jaħdem
- Li tiġi salvagwardjata il-kompetittività ta’ ħaddiema u setturi vulnerabbli
- Li jkun hemm pakkett ta’ miżuri kumplimentari fejn meħtieġa biex iż-żieda tilħaq l-għanijiet tagħha mingħajr konsegwenzi mhux mixtieqa
L-iMsiehba Soċjali waslu f’dan l-istadju wara xhur ta’ laqghat tekniċi.