Il-Prim Ministru tal-Islovenja Janez Janša fetaħ attakk serju fuq il-midja fil-pajjiż.
Janša, li l-partit tiegħu jagħmel parti mill-Partit Popolari Ewropew rrefera għall-Aġenzija tal-Ġurnalisti Sloveni bħala diżunur nazzjonali.
Huwa qal ukoll li hemm ħafna ġurnalisti żejda li qed jitħallsu żżejjed.
Tul is-sajf li għadda, Janez Janša li huwa ammiratur kbir tal-eks President Amerikan Donald Trump ppropona wkoll tibdil fil-liġi li kien se jwassal biex jonqsu l-fondi allokati għall-midja tal-Istat, ħaġa li ġabet il-kundanna ta’ diversi ġurnalisti u persuni mill-kamp tal-midja.