Il-Prim Ministru Slovakk, Robert Fico, m’għadux f’qagħda kritika wara li ġew sparati lejh numru ta’ tiri.
Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru tas-Slovakkja, li qal kif l-intervent kirurġiku fuq il-Prim Ministru mar tajjeb u għandu jsalva.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar qabel, il-Ministru tad-Difiża qal li Fico kien qed jiġġieled għal ħajtu, wara li weġġa’ gravi f’attakk fil-belt ta’ Handlova.
Suspettat ġie arrestat fuq ix-xena tar-reat.
Il-Ministru għall-Intern qal li dan kien attakk b’mottiv politiku.