Il-Ħamis filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela rċieva r-rapport tal-bord li mexxa l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dr Abela qal li se jkun qed jippubblika r-rapport tal-inkjesta llum stess.
F’ittra mibgħuta lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, il-Prim Ministru talab sabiex għada filgħodu jitlaqqa’ l-Parlament u ssir diskussjoni bla vot bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar dan ir-rapport. Il-Prim Ministru tenna li l-Parlament għandu jkun l-istituzzjoni li fih għandha ssir din id-diskussjoni anki b’rispett lejn is-suġġett tal-istess inkjesta.
Dan minkejja li skont it-termini tal-istess inkjesta huwa mitlub biss ipoġġi r-rapport fuq il-medja tal-Kamra.
Il-Prim Ministru bagħat ukoll ittra lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Huwa qallu li f’dawn l-aħħar xhur, il-Parlament kien xhieda ħajja ta’ riformi importanti li saħħew l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Huwa assigurah li dan il-proċess se jibqa’ għaddej fiż-żmien li ġej.
Lil Bernard Grech, il-Prim Ministru qallu li l-messaġġ ikun iktar b’saħħtu meta r-riformi pożittivi jkollhom appoġġ wiesgħa fejn jirbaħ l-interess nazzjonali fuq il-partiġjaniżmu.