Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun qed iċedi paga tiegħu bħala sens ta’ solidarjetà ma’ dawk kollha li ġew affetwati ħażin mit-tifqigħa tal-Coronavirus. Huwa ħabbar dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara li t-Tlieta filgħaxija ħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħti injezzjoni diretta ta’ €70 miljun fix-xahar lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa appella wkoll għal ħadidema oħra taċ-ċivil li jinsabu f’poiżizzjoni finanzjarja komda biex jagħmlu l-istess u l-pagi tagħhom ikunu jistgħu imorru f’karus komuni li minnu qed jintefqu l-flus biex jisaħħaħ id-Dipartiment tas-Saħħa u jiġu mgħejjuna aktar ħaddiema.
Grazzi għal dawn il-miżuri, l-Gvern se jkun qed jagħti €61miljun fix-xahar lil 110,000 ħaddiem li ntlaqat ħażin mid-deċiżjonijiet leġislattivi li ttieħdu bil-għan li jiġu mmitigati l-effetti tal-virus COVID-19 fi gżiritna.