Il-Prim Ministru se jkun qed jagħmel stqarrija ministerjali fil-Parlament biex jaġġorna lill-Parlament u lill-Pubbliku bix-xogħol li sar mill-Gvern fl-aħħar sigħat biex jissewwew ħsarat li saru mill-maltemp fi tmiem il-ġimgħa.
Permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia, il-Gvern kien f’kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea dwar għajnuniet li jista’ jkollu pajjiżna biex jgħin ċittadini li ntlaqtu ħażin mill-maltempata.
Qed isir ukoll stima tal-ħsara li saret fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.
Kif qal il-Prim Ministru lbieraħ, il-Gvern qiegħed jaħdem attivament biex jgħin bdiewa u raħħala li sofrew ħsarat kbar minħabba l-istess maltempata.